Għawdex Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex

Żewġ persuni weġġgħu gravi wara li l-Erbgħa filgħaxija karozza nqalbet fi Triq Marsalforn, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Jirriżulta li s-sewwieq tal-karozza, ġuvni ta’ 19-il sena mix-Xagħra, laqat is-scentral strip u b’konsegwenza ta’ dan il-karozza nqalbet. Fil-karozza kien hemm ukoll passiġġiera, tfajla ta’ 17-il sena minn Għajnsielem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iżjed tard ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.