Anzjan ta’ 70 sena mill-Gudja qed isofri minn feriti gravi wara li waqa’ minn fuq bejt ta’ ‘washroom’ għall-bejt ta’ residenza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq Karlu Maratta, meta l-anzjan kien qed jagħmel xi xogħol u għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.
Minbarra l-Pulizija, fil-post waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li assistew biex ir-raġel seta’ jinħareġ mill-post.
Issejjaħ ukoll tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna u ħa lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Hemm hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>