Lokali

Diversi lokalitajiet mingħajr ilma jew bl-ilma kulur il-ħamrija

Diversi lokalitajiet madwar Malta jinsabu mingħajr ilma. Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li ilhom bla ilma mill-bieraħ u ċerti lokalitajiet ilhom mingħajr ilma 24 siegħa.

Jirriżulta li l-kawża hi minħabba ħsarat estensivi fis-sistema.

Sadanittant f’żoni oħra, bħal Ħal Mula f’Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat l-ilma qed jasal imdardar, kif jixhdu dawn ir-ritratti (hawn fuq) li rċieva l-eks Deputat Jean Pierre Debono.