Internazzjonali

Eroj tal-SAS kostrett li jgħix ma eksħabsin

Bob Curry, eksmembru u eroj tal-grupp speċjali militari SAS li jintuża għal missjonijiet ta’ periklu, spiċċa kostrett li jgħix ġo hostel mimli b’eksħabsin u nies dipendenti mid-droga. Intant, hu, bħalissa qed jgħix f’residenza temporanja li qed iħallas għaliha l-British Legion waqt li qed tkompi t-tfittxija għal dar diċenti għalih.
Curry, li mgħandux residenza tiegħu, spiċċa fil-hostel wara li ma għenux il-kunsill lokali ta’ Herefordshire. Ladarba saru jafu s-sitwazzjoni tiegħu, ‘il fuq minn 104,000 persuna wieġbu petizzjoni tal-gazzetta The Sun biex tinstablu dar xierqa fejn jgħix.
Agħafas għall-petizzjoni
Bob Curry, li llum għandu 64 sena, kien mat-truppi tal-SAS li assedjaw l-Ambaxxata Iranjana ta’ Londra, f’Mejju tal-1980.

Il-filmati storiċi tal-azzjoni urew lil Curry l-ewwel dieħel minn tieqa biex isalva 19 il-ostaġġ waqt azzjoni li fiha sfaw eliminati ħames terroristi armati sa snienhom.
Curry, li kien ilu jservi pajjiżu mindu rreġistra bħala suldat fl-età ta’ 18 il-sena, sab ruħu f’diffikultajiet kbar finanzjarji, is-sena l-oħra, meta n-negozju tiegħu falla.