Lokali Mużika

FILMAT: Haley Azzopardi tirbaħ il-finali tal-programm ‘Anki jien għandi x’nuri’ fuq Net TV

Il-Kantanta Haley Azzopardi hija r-rebbieħa tal-programm fuq Net television ‘Anki jien għandi x’nuri’.

Il-kantanta, li hi studenta ta’ La Voix school of performing arts kienet fost 27 parteċipant li bdew jipparteċipaw f’dan il-programm li jagħti spazju t-talent ġdid.

 

Minn dawn is-27 parteċipant, 18 għaddew għas-semifinali, u 8 għaddew għall-finali tal-bieraħ.

Fil-programm li xxandar ilbieraħ fuq Net Television, preżentat minn Ron Briffa u Deandra Agius, il-kantant Haley ġabet il-massimu tal-punti mill-ġurija.

Il-premju li rebħet Haley hu vjaġġ għal tnejn għal għaxat’ijiem f’Las Vegas.