Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern, ħabbret li hi tqila.
Ardern, li għandha 37 sena u li ilha Prim Ministru minn Ottubru, żvelat l-informazzjoni fil-preżenza tas-sieħeb tagħha, Clarke Gayford. L-indikazzjonijiet huma li hi għandha twelled f’Ġunju.
Arden ħabbret li Clarke Gayford – li jippreżenta programm dwar is-sajd fuq it-televiżjoni – għandu jitlaq mix-xogħol ladarba titwieled it-tarbija, bil-għan li hu jibqa’ d-dar biex jieħu ħsiebha.
Hi enfasizzat li ‘mhix se tkun l-ewwel mara li tkun welldet tarbija u kompliet tagħti servizz fuq il-post tax-xogħol.
Hi, sadattant, qed taħseb biex tkompli fil-kariga sakemm twelled u wara beħsiebha tieqaf għal sitt ġimgħat.
Il-PM ta’ New Zealand tħabbar li ħarġet tqila


