Internazzjonali

Kim Kardashian u Kanye West jiżvelaw isem it-tielet tarbija

Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa Kim Kardashian u Kanye West ħabbru t-tielet wild tagħhom, issa Kim ħabbret isem it-tifla permezz tal-midja soċjali il-Ġimgħa filgħaxija – Chicago West.

It-tarbija hija waħda fost it-tliet ulied tal-koppja ċelebri hekk kif ingħaqdet ma’ oħtha North West ta’ 4 snin u Saint West it-tfajjel ta’ sentejn.

Kim Kardashian West saħqet li l-fatt li ma setgħetx iġorr it-tarbija f’ġufa kidditha kemmxejn għall-bidu madanakollu malli żammet lil bintha f’idejha hija saħqet li dan kollu kien intesa, bħallikieku kienet magħhom tul id-9 xhur kollha tat-tqala.

Dan hekk kif minħabba li Kim Kardashian West kienet f’riskju li ssofri minn kumplikazzjonijiet mediċi kawża tat-tqala, Chicago West twieldet minn ‘surrogate mother’.