L-MUT ordnat numru ta’ azzjonijiet industrijali li se jibdew minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Jannar.
L-MUT fi stqarrija qalet li ordnat dawn l-azzjonijiet wara li minkejja diversi laqgħat intensivi bejn l-MUT u t-tmexxija tal-MCAST u s-sezzjoni tar-Relazzjonijiet Industrijali, ma hemmx rieda biex jintlaħaq ftehim biex l-edukaturi jingħataw dak li hu tagħhom.
L-MUT qalet li għaldaqstant se toħroġ lista ta’ direttivi ġodda lill-membri tagħha waqt li ħabbret strajk ta’ sagħtejn bejn l-10am u nofsinhar għal nhar il-Ħamis 25 u l-Ġimgħa 26 ta’ Jannar.
L-MUT qalet li mhux se tittollera li waqt in-negozjati jintużaw tattiċi biex ikompli jitwal il-proċess.
//= $special ?>

