Knisja Lokali

Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku issa għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

Wara li l-ġimgħa l-oħra saret wirja ta’ oġġetti desagrati mill-ISIS f’Ħal Balzan, issa l-wirja qed tittella’ wkoll fil-Kurja tal-Arċisqof.

L-oġġetti reliġjużi, huma miġjuba mill-Iraq u nstabu fi knejjes li ġew ipprofanati, tkissru u nħarqu mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku.

Fost dawn l-oġġetti hemm slaleb u statwi mkissrin, sfreġju fir-relikwarju u kif ukoll kalċi mtaqqab mill-balal. L-oġġetti nstabu fi knejjes f’Teleskuf u Qaraqosh u qed żuru l-24 pajjiż fejn l-Aid to the Church in Need għandha l-uffiċċji tagħha.

L-għan tal-wirja hu li titqajjem kuxjenza dwar il-ħidma tal-Aid to the Church in Need u dak li qed iseħħ fil-Lvant Nofsani lill-Insara ppersegwitati.

Il-wirja fil-Kurja se tkun miftuħa illum sal-4:00 p.m., u s-Sibt, 20 ta’ Jannar 2018 mid-9:00 a.m. san-12:30 p.m.

FILMAT: Jaslu f’Malta oġġetti tal-Knisja desagrati mill-ISIS