Wara li fl-aħħar jiem ħabbru li Jovan Popovic se jkun il-kowċ tagħhom għall-kampjonat tas-sajf li ġej, Neptunes Leo Vegas ħabbru li l-Kroat Petar Muslim se jkun il-barrani tagħhom. Muslim li għandu 29 sena bħalissa jilgħab ma’ Brescia fil-kampjonat Taljan.
Muslim hu twil żewġ metri u fil-karriera tiegħu rebaħ diversi unuri mat-tim nazzjonali tal-Kroazja. Hu kien parti mit-tim Kroat li rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012. Hu rebaħ ukoll il-fidda fil-Kampjonat tad-Dinja fl-2015 f’Kazan u l-bronż fl-2011 f’Shanghai u fl-2013 f’Barcelona.
Il-Kroat rebaħ il-Kampjonat Ewropew fl-2010 f’Zagreb, u l-fidda fit-Tazza tad-Dinja f’Oradea fl-2010. Muslim rebaħ il-midalja tad-deheb fil-FINA World League f’Almaty fl-2012 u spiċċa t-tielet fis-sentejn preċedenti. Muslim rebaħ ukoll il-Logħob tal-Mediterran fl-2013 f’Mersin.
//= $special ?>