Il-Kunsill Studenti Universitarji ddiżapprova stqarrija tal-Prim Ministru li fiha qal li l-Università Amerikana ta’ Malta, li għandha biss 15-il student, tpoġġiet fl-istess kategorija tal-Univeristà ta’ Malta.
Il-KSU qal li nhar it-Tlieta saret stqarrija li fiha ntqal li l-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) u l-Università ta’ Malta huma żewġ istituzzjonijiet brillanti.
Riċentament kien żvelat li l-AUM għandha biss 15-il student u keċċiet 12 mit-13-il impjegat li kellha. Il-KSU jemmen li l-paragun bejn iż-żewġ istituzzjonijiet inaqqas bil-kbir il-kredibbiltà tal-Università ta’ Malta u tat-12,000 student li jattendu fiha. Il-KSU espremiet diżappunt li l-bażi wżata għall-paragun bejn iż-żewġ istituzzjonijiet hi sempliċiment li ż-żewġ istituzzjonijiet għandhom akkreditazzjoni.
Dan meta l-Università ta’ Malta għandha storja ta’ suċċess bil-gradwati li ggradwaw minnha waqt li l-Universita’ Amerikana hi istituzzjoni fl-infanzja tagħha.



