Lokali

RITRATTI: Karozza mfarrka abbandunata f’nofs Triq Diċembru Tlettax

Persuna jew persuni mhux magħrufa abbandunaw vettura mkissra f’nofs triq traffikuża, jiġifieri Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa.

Bi ħsara fil-windscreen, daqqa kbira fuq quddiem u mera mdendla, jidher evidenti li s-sewwieq jew sewwieqa kellhom impatt ma’ xi ħaġa oħra li s’issa mhux stabbilit x’kienet.

Jirriżulta li malli l-vettura ma setgħetx tinstaq iżjed, anke għaliex minnha kienet tinxtamm riħa ta’ ħruq, din ġiet abbandunata f’nofs ta’ triq. Fil-post kellhom jissejħu uffiċjali tal-Pulizija biex jidderieġu t-traffiku sakemm eventwalment ġiet ittowjata.

Net News ikkuntattja lill-Pulizija li kkonfermaw il-każ iżda avżawna li mhux għaddejja investigazzjoni għaliex “ma kien hemm xejn. Kulma kienet, karozza pparkjata ħażin u abbandunata f’Diċembru Tlettax.”