Rapporti li qegħdin jidħlu dwar sensiela ta’ tfajliet taħt l-età li qegħdin jispiċċaw tqal fit-Turkija qanqlu rabja u furur sħiħ fuq il-mezzi soċjali.
Talanqas 115 il-tifla, fosthom 40 mis-Sirja, kienu trattati għal sintomi tat-tqala fi sptar wieħed ta’ Istanbul f’anqas minn ħames xhur.
Il-gazzetta Torka, Hurriyet, irrappurtat li 38 tifla taħt il-15 il-sena spiċċaw tqal, b’77 oħra jiġrilhom l-istess qabel laħqu għalqu t-18 il-sena.
L-età ta’ kunsens għar-relazzjonijiet sesswali fit-Turkija hi stabbilita mat-18 il-sena. Dan meta l-każi kollha tat-tqala (f’dan il-pajjiż) li jikkonċernaw bniet taħt il-15 il-sena huma klassifikati bħala abbuż tat-tfal.
Intant, il-parti kbira tal-abbonaturi fuq il-media soċjali esprimew niket għall-fatt li daqstant bniet u tfajliet spiċċaw il-vittmi ta’ dan l-abbuż.
//= $special ?>

