Lokali

“Dakinhar tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia rrealizzajt li ħadd ma’ huwa ‘safe'” – L-Arċisqof Charles J. Scicluna

Hekk kif kien mistieden fuq il-programm  Għandi xi Ngħid fuq Radju Malta, f’intervista ma Andrew Azzopardi, l-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna sostna li l-Awtoritajiet għandhom iserħu ras in-nies u jgħamluha ċara li l-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia għadhom għaddejjin. Dan hekk kif l-Eċċellenza tiegħu allega li jidher biċ-ċar x’tip ta’ business kellhom it-tlett persuni li tressqu l-Qorti bil-qtil tal-ġurnalista, wara li l-investigaturi sabu moħba sħiħa ta’ mowbajls li possibilment intużaw f’attakki bomba oħra. Għaldaqstat, issokta l-Arċisqof, wieħed jista’ jasal għal konklużjoni li kemm dawk ta’ qabel kif ukoll l-omiċidju ta’ Daphne kien ikkummisjonat minn xi ħadd li għadu jiġri barra.

Meta inti tirrealizza li f’pajjiżek għandek industrija tal-mewt, li meta persuna tkun skomda għalik u tara kif teħles minnha b’dak il-mod u manjiera hija nkwetanti ferm, kompla jgħid l-isqof – “Jiena fis-16 ta’ Ottubru irrealizzajt li l-innoċenza ta’ Malta m’għadiex hemm”. L-Arċisqof saħaq li meta persuna li m’għandiex tinqatel, tinqatel, huwa falliment tal-istat – f’dan il-każ, kompla l-Arċisqof, huwa falliment ukoll fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni, punt kardinali fl-għajta tal-ewwel leġiżlatura ta’ Gvern Laburista. Għaldaqstant, issokta jgħid Charles Scicluna, meta it-tieni leġislatura tibda bil-qtil ta’ ġurnalista għad-diskors li qalet, li mhux bilfors kulħadd qabel magħha dejjem, turi ċertu falliment. Huwa kkwota lill-Imħallef Giovanni Bonello hekk kif saħaq, “there’s seems to be the freedom to offend, except the freedom to offend politicians”. L-Arċisqof saħaq li pubblikament il-Ministru Owen Bonnici saħaq li għandek id-dritt toffendi, il-Prim MInistru nnifsu mar Pariġi f’okkażżjoni tal-korteo wara t-traġedja ta’ Charlie Hebdo, professjonisti fl-offiża. Izda f’Malta għalkemm għandna politika li tiddefendi d-dritt li toffendi, minn offenda spiċċa mejjet, u għalhekk staqsa b’mistoqsija retorika, “eżattament, fejn qiegħdin?”.

L-Arċisqof semma’ wkoll lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca hekk kif spjega li għalkemm qalet li mhux sew liċ-ċittadini joffendu lil xulxin, kienet hi stess li ffirmat il-liġi li tagħti d-dritt liċ-ċittadin joffendi lill-Alla u lir-reliġjon iffirmatha hi – liema liġi, kompla jgħid Charles Scicluna, ġiet deskritta mill-Ministru Owen Bonnici kisba kbira għal-libertà tal-espressjoni.

Fuq suġġett kompletament differenti, l-Arċisqof saħaq li l-Awtorità reliġjuża m’għandix ikollha relevanza fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Dan hekk kif spjega li s-sekulariżmu mhux ħażin għal kollox – u insista li l-knisja m’għandha qatt tkun qawwa ta’ Gvern fil-pajjiż. L-Arċisqof stqarr li meta jisma’ li fl-2018 hawn pajjiżi li l-liġi tar-reliġjon u tal-pajjiż huma l-istess jinkwieta.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem ħareġ fid-deher fost oħrajn li għat-tieni sena konsekuttiva kien hawn aktar koppji li żżewġu permezz ta’ żwieġ ċivili milli bi żwieġ fil-knisja – u aktar ma jmur aktar jidher li r-relevanza tal-knisja fis-soċjetà Maltija qiegħda tonqos.

Huwa sostna li l-knsija għandha tkun komunita ta’ fidi, filwaqt li hekk kif spjega l-Arċisqof, il-Knisja Kattolika f’Malta hija impronta importanti fil-kultura u mill-patrimonju tal-pajjiż. Dan ifisser, issokta jgħid l-Eċċellenza tiegħu, li l-Knisja f’Malta għandha responsabbilità kbira.

Meta mistoqsi dwar x’jaħseb li l-Knisja Kattolika Maltija qiegħda proprju fil-Kostituzzjoni tal-Pajjiz, l-Arċisqof sostna li fil-Konċilju Vatikan II l-għażla saret mill-Knisja fejn qiegħda ċara li l-Knisja dawn l-affarijiet m’għandhomx jgħamlu biha iżda, kompla jgħid, li mhux ser ikun hu li jgħid biex il-Knisja Kattolika Maltija titneħħa mill-Kostituzzjoni. Huwa insista li ġaladarba jiġri hekk, il-Knisja ser tibqa’ ħajja f’pajjiżna xorta waħda. L-Eċċellenza tiegħu Charles Scicluna saħaq li m’għandekx bżonn dikkjarazzjoni bħal dik fil-Kostituzzjoni ta’ Malta għax huwa fatt. Dan filwaqt li insista li l-iżjed ħaġa importanti hija li r-reliġjonijiet kollha jkollhom il-libertà reliġjuża – li dan tiggarranitxiha l-Kostituzzjoni tagħna.

Dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis huwa sostna li għalkemm Malta tidher li qed toqrob lejn pajjiż sekulari, ma jfissirx li l-pajjiż għandu jitlef il-valuri tiegħu. L-Arċisqof insista li l-maġġoranza tal-persuni li jidħlu għar-rijabilitazzjoni fir-residenzi tal-Caritas jisħqu kemm-il darba li l-kannabis kienet it-tieqa li minnhom bdew ħolma kerha. Huwa staqsa wkoll li l-għaliex ġejjin businessmen barranin Malta biex fil-ħin liberu tagħhom infornuwhom b’gostihom ser nimtlew bil-prostituzzjoni u droga leġġera?

Finalment tkellem ukoll dwar il-mida tal-knisja, wara kritika qawwija mix-xaqliba Laburista. L-Arċisqof saħaq li l-ġurnalisti għandhom dritt għall-opinjoni tagħhom, kritiċi fil-konfront tas-soċjetà, madanakollu l-RTK għandu dritt li jekk hemm suġġett jaħraq tal-mument għandu bżonn ixandar il-perspettivi kollha, fejn qablu ma’ oasi fid-deżert fejn kulħadd għandu dritt jixrob – issa, kompla l-isqof, jekk xi mistednin ma jaċċettawx l-istedina din jaf tkun problema oħra.