Lokali

FILMAT: “Din festa tal-Maltin kollha flimkien” – Adrian Delia dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18

Fil-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018 f’kumment waqt ir-red carpet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna li “din hi festa tal-Maltin kollha flimkien”.

Il-Kap tal-PN, li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Nickie Vella De Fremeaux, sostna li fl-aħħar snin, partikolarment min mindu fl-2010 saret l-applikazzjoni għall-Belt Kapitali Ewropea, sar progress fil-Belt Kapitali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid li waqt li għaddej dan il-progress, irridu nihdu ħsieb ir-residenti biex igawdu wkoll.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia awgura l-poplu biex igawdi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.