Għas-16-il sena konsekuttiva g]ada, 21 ta’ Jannar, ser jiġi organizzat il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija.
L-attività ser tiġi organizzata fis-Sala Kappella Tal-Mirakli u Ġnien tal-Mirakli mtellgħa mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. Fost oħrajn ser ikun hemm bejgħ ta’ frott, ikel lokali kif ukoll Internazzjonali; fosthom faqqiegħ, avocados u papajjas. Dan filwaqt li ser ikun bejgħ ukoll tal-għasel u marmellata.
Apparti l-ikel ser ikun hemm divertiment kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar b’logħob għaz-zgħar u varjetà ta’ mużika popolari Maltija u Naplitana grazzi għas-Santa Maria Accordion band u l-grupp folk Ta’ Verna.
Kollox jingħata bidu bejn 10.00am u 06.00pm – id-dħul huwa b’xejn.
//= $special ?>

