Balzan: S. Mintoff, I. Bozovic, B. Giglio de Oliveira, E. Serrano Valero, S. Bezzina (Si. Arab 94’), M. Lepovic, U. Ljubomirac (J. Grioli 90’), P. Fenech, A. da Paixao Alves, A. Effiong, B. Kaljevic (J. Borg 92’)
Naxxar: C. Nicht, A. Buhagiar, R. Santos Caetano, D. Souza, D. Bonnici, R. Grech, M. Micallef, D. Belhadj (D. Falzon 73’), M. Verissimo, J. Moser, Y. Messias
Imwissija: A. da Paixao Alves 38’, M. Lepovic 43’, P. Fenech 58’, B. Kaljevic 63’, A. Effiong 64’, S. Mintoff 66’ (B), R. Grech 30’, M. Verissimo 91’ (N)
Tkeċċa: A. Buhagiar 20’ (N), A. Effiong 65’ (B)
Skorjaw: A. da Paixao Alves 82’, 93’ (B)
Referee: Matthew Degabriele
Assistenti Referees: Luke Portelli, Sammy Attard
Żewġ gowls lejn it-tmiem ta’ Alex da Paixao Alves kienu biżżejjed għal Balzan biex jegħlbu l-isfida ta’ Naxxar Lions u javvanzaw għall-kwarti finali. Il-partita ftit offriet azzjonijiet denji lejn il-lasti, b’diversi karti sofor u żewġ tkeċċijiet jispikkaw aktar.
Naxxar kienu l-uniku tim li waqqfu lil Balzan fl-aħħar disa’ logħbiet tagħhom fil-kampjonat, u kienu qed jittamaw li jistgħu jerġgħu jeliminaw wieħed mill-favoriti, wara li fir-rawnd preċedenti għelbu lil Floriana 3-1.
Kif mistenni, Balzan kellhom il-kontroll tal-logħba iżda naqsu li jkunu perikolużi. L-unika azzjoni perikoluża kienet lejn nofs it-taqsima b’Ivan Bozovic u Alex da Paixao Alves jibdlu l-ballun bejniethom, bix-xutt tal-aħħar ikun imwaqqaf minn idejn Angus Buhagiar. Ir-referee ordna penalty u keċċa lid-difensur. Iżda mill-11-il metru x-xutt ta’ Bojan Kaljevic kien salvat tajjeb minn Christopher Nicht.
Minħabba li kienu f’inferjorità numerika, Naxxar pruvaw jagħlqu l-ispazji fid-difiża biex jippruvaw jillimitaw id-danni. Fit-tieni taqsima, Balzan pruvaw iżidu r-ritmu, u għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, xutt b’saħħtu ta’ Lepovic kien imċaħħad mill-mimduda, b’Nicht idawwar f’korner.
Il-logħba ħadet żvolta oħra fis-66 minuta, hekk kif Alfred Effiong irċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti biex b’hekk iż-żewġ timijiet kellhom ikomplu l-logħba b’għaxar plejers.
Minkejja dan, Balzan xorta baqgħu jiddettaw il-logħba u fit-82 minuta fetħu l-iskor meta Milos Lepovic għadda passaġġ tajjeb lejn Alex DA PAIXAO ALVES li minn quddiem il-lasta għeleb lil Christopher Nicht.
Naxxar kienu għoddhom ġabu d-draw ftit wara, iżda l-konklużjoni ta’ Daren Falzon kienet mħassra għal offside. Balzan għalqu definittivament il-logħba fit-93 minuta meta Alex DA PAIXAO ALVES ħarab b’azzjoni personali, qassam lejn Paul Fenech. Nicht blokka parzjalment fil-kaxxa, bil-ballun jispiċċa għand il-Brażiljan li żmarkat skorja f’lasta vojta.
//= $special ?>