Lanqas biċċa ħabel aħmar ma ħelisha minn taħt idejn żewġ persuni li kienu għaddejjin minn quddiem ristorant li jinsab fi Triq id-Dejqa (Strait Street).
Il-każ seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar, ftit wara l-ħamsa, meta ż-żewġt irġiel jidhru għaddejjin minn quddiem ir-ristorant. Wieħed minnhom jara l-ħabel, jaqilgħu minn postu u jibqa’ sejjer bħallikieku ma ġara xejn.
Fuq Facebook, waħda mis-sidien tar-ristorant staqsiet jekk xi ħadd jagħrafx lil dawk li rreferiet għalihom bħala ‘mejtin bil-ġuħ.’
//= $special ?>
