Il-kelliem ta’ Joseph Muscat u esponent Laburista Manwel Cuschieri fetaħ attakk fuq il-Kap tal-PN Adrian Delia u sejjaħlu bħala limitat u li jrid idaħħak.
Manwel Cuschieri qal dan meta kien qed jitkellem fil-programm tiegħu ta’ kull ġimgħa fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista s-Super One.
Fl-istess programm Manuel Cuschieri għamel eloġju lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri li nqabdu f’kumpaniji fil-Panama u qal li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma l-għira tan-Nazzjonalisti.
Fl-istess programm il-kelliem ta’ Joseph Muscat Manuel Cuschieri sejjaħ lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bhala “dik iċ-ċittadina Maltija li ħallietna 3 xhur ilu.
Din mhijiex l-ewwel darba li l-kelliem ta’ Jospeh Muscat Manuel Cuschieri uża lingwaġġ degradanti u dispreġġjattiv fil-programm tiegħu fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista s-Super One.
//= $special ?>