L-awtoritajiet Żvediżi għandhom jibgħatu l-fuljetti bi struzzjonijiet dwar ‘x’għandu jsir fl-eventwalità ta’ gwerra’ lil xi 4.7 miljun familja fil-pajjiż.
Kull fuljett (fil-forma ta’ ktejjeb) jispjega wkoll kif persuna tista’ tilqa’ għal attakki terroristiċi jew fuq stil ċibernetiku, kif ukoll għall-effetti ta’ diżastri naturali.
Il-pubblikazzjoni tal-fuljetti qed issir fost tħassib dwar l-attivitajiet militari tar-Russja.
Dan meta l-awtoritajiet Żvediżi huma wkoll inkwetati dwar iż-żieda fit-terroriżmu u l-effetti ta’ aħbarijiet fittizji (fake news).
L-Iżvezja kienet iċċirkolat struzzjonijiet simili waqt it-Tieni Gwerra Dinjija (ritratt) iżda l-pubblikazzjoni tal-‘fuljetti għall-ħarsien tas-sigurtà’ kienet waqfet f’dan il-pajjiż matul is-snin tmenin.
Madankollu, l-Iżvezja, fl-aħħar snin, żiedet l-infiq fuq il-militar, b’aċċenn ‘għas-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed taqleb għall-agħar fl-Ewropa, u b’mod partikulari fid-dawl tar-rwol tar-Russja fil-konflitt tal-Ukrajna’.
Fl-Iżvezja jibda jitqassam fuljett dwar kif wieħed iħejji għall-gwerra


