Waqt li s-sena li għaddiet kienet sena mimliha sfidi, issa rridu nħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu għal din is-sena l-ġdida. Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia meta l-ġimgħa filgħaxija ndirizza lil dawk preżenti waqt il-Gala Dinner f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema organizzat mill-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia enfasizza dwar il-ħtieġa li nħarsu lejn il-valur tan-nies u l-importanza tan-nies aktar milli dwar il-flus, għax il-Gvern ta’ Joseph Muscat flus biss qed jara.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-valletta 2018 u li din ghanda importanza nazzjonali. Sostna li mportanti niccelebraw il-Belt, l-importanza tal-Belt ghar-residenza, l-importanza tal-Belt ghal Pajjiz u bhala centru tal-Kultura.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Dr Nickie Vella de Fremeaux ltaqa u tkellem ma’ dawk preżenti. Attendiet ukoll l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u diversi deputati.
Ritratti: Matthew Tabone