Lokali

FILMAT: L-MP Glenn Bedingfield jammetti li f’Malta l-faqar hu problema kbira

Il-membru Parlamentari tal-Partit Laburista Glenn Bedingfield ammetta li l-faqar hu problema kbira ta’ pajjiżna, hekk kif issa fi kliemu stess, il-faqar sar realtà.

Ammetta dan il-Membru Parlamentari Glenn Bedingfield waqt dibattitu matul il-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija.

Id-dibattitu kien karatterizzat ukoll minn sensiela ta’ xenati ta’ Glenn Bedingfield b’mossi, tisbit fuq il-mejda, botti u f’xi mumenti saħansitra attentati biex jagħlaq ħalq ir-raprezentant tal-Partit Nazzjonalista Frank Psaila.

Il-Membru Parlamentari Laburist Glenn Bedingfield attenda hu għal dan id-dibattitu wara li l-Ministru Chris Fearne m’accettax l-istedina.

Mistoqsi għalhekk dwar is-saħħa, Bedingfield naqas milli jwieġeb dwar min imexxi l-kumpanija Vitals Global Healthcare minkejja li ripetutament intalab jagħmel dan hekk din il-kumpanija ħadet l-isptarijiet tal-Maltin.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista talbet lill-Awditur Ġenerali biex, filwaqt li diġa qed jinvestiga t-trasferiment tal-isptarijiet lokali mill-Gvern għal għand Vitals, issa jestendi l-investigazzjoni wkoll għall-bejgħ tal-konċessjoni minn Vitals lil Steward Healthcare.