Is-Sibt waranofsinhar uffiċjali tal-Pulizija ssejħu f’Tas-Sliema wara li persuna, allegatament magħrufa mal-Pulizija, nqabdet tisraq minn ħanut.
Sorsi ta’ min jorbot fuqhom stqarrew ma’ Netnews.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm meta s-suspettat nqabad jisraq xi affarijiet minn stabbiliment ġewwa The Point Shopping Mall Complex.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-impjegati tal-istess ħanut indunaw b’dak kollu li kien qiegħed jiġri u żammew lill-persuna sakemm għamlu l-wasla tagħhom fuq il-post membri mit-Taqsima tal-RIU.
Filwaqt li l-persuna ġiet arrestata, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>


