Lokali

Radio 101 b’maratona oħra ta’ għoti tad-demm

Għall-ħames darba, Radio 101 qed jorganizza l-maratona ġbir ta’ demm. Din is-sena l-maratona qed issir bejn illum u ghada l-Ħadd bejn it-8.30am u s-1.00pm.

Il-koordinatur ta’ din l-inizjattiva, il-preżentatur ta’ Radio 101 George Galea, qal li bħas-snin l-ohra, din l-inizjattiva ġibdet l-interess ta’ numru ta’ nies li għażlu li jagħtu d-demm f’din l-inizjattiva ta’ Radio 101.

Waqt il-maratona attenda wkoll iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ media.link Pierre Portelli li wkoll ta d-demm f’din il-maratona.

L-inizjattiva ta’ Radio 101 bdiet ftit aktar minn tliet snin ilu, bl-ewwel edizzjoni ta’ din il-maratona saret fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta. B’maratona suċċess wara l-oħra, Radio 101 qed jerġa’ jagħmel din l-inizjattiva biex ixerred dejjem aktar l-appelli ħalli min jista’, jagħti d-demm.

Min għal xi raġuni ma jistax jagħti d-demm f’dawn il-jiem, jibqa’ mistieden iżur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, li jiftaħ kuljum sas-6pm quddiem l-Isptar San Luqa.

Ritratti: Martin Agius