NEPTUNES LEO VEGAS…….8
SAN ĠILJAN TUM INVEST..10
(3-2), (2-3), (2-2), (1-3)
Il-mixja trijonfali ta’ San Ġiljan Tum Invest kompliet meta għelbu l-ostaklu diffiċli ta’ Neptunes Leo Vegas 10-8 biex baqgħu biċ-ċans li jirbħu trofew ieħor. Din ir-rebħa kienet it-32 waħda konsekuttiva għat-tim Ġiljaniż li stabilixxa rekord wara li kienu l-istess San Ġiljan li kellhom rekord simili lura fl-1995.
Neptunes ħaqqhom kull tifħir hekk kif kienu mal-avversarji tul il-logħba kollha, fejn wieġbu għall-gowls tal-avversarji u saħansitra f’xi mumenti kienu minn fuq. Issa jikkontestaw il-logħba għat-tielet u r-raba’ post kontra
Bidu tajjeb minn San Ġiljan li fetħu l-iskor b’gowl ta’ Matthew Zammit. Reazzjoni minn Neptunes li ġabu d-draw minn Matthias Azzopardi, ħadu l-vantaġġ minn man-up b’gowl ta’ Jordan Camilleri u saħansitra għamluhom 3-1 b’gowl ta’ Niki Lanzon. Peter Borg naqqas id-distakk fl-azzjoni ta’ wara.
San Ġiljan reġa’ kellhom bidu tajjeb b’Paul Fava jġib id-draw. Neptunes reġgħu ħadu l-vantaġġ permezz ta’ Jordan Camilleri, iżda Matthew Zammit u Ben Plumpton dawru l-iskor favur il-Ġiljaniżi. Marc Lanzon daħħal liż-żewġ timijiet fi draw wara li reġgħu skorjaw minn man-up wara li tkeċċa parzjalment Dino Zammit.
It-tielet sessjoni kienet karatterizzata minn botta u risposta, b’Neptunes iġibu d-draw darbtejn minn Marc Lanzon u Jordan Camilleri, wara l-gowls ta’ Matthew Zammit u Paul Fava.
Fava reġa’ skorja fil-bidu tal-aħħar sessjoni, liema gowl witta t-triq għar-rebħa Ġiljaniża. Żewġ minuti wara kien Peter Borg li għamel l-iskor 9-7. Nicholai Zammit naqqas id-distakk bi tliet minuti għat-tmiem, iżda Ben Grech għalaq il-logħba meta għamel l-iskor 10-8 bi 18-il sekonda għat-tmiem.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (1), K. Erdogan, G. Pace, M. Martellacci, M. Lanzon (2), N. Zammit (1), J. Camilleri (3), J. Culic, M. Zammit, M. Tabone, M. Azzopardi (1), F. Buhagiar
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (2), A. Saliba, B. Grech (1), J. Galea, M. Zammit (3), B. Plumpton (1), C. Farrugia, T. Said, M. Borg, P. Fava (3), D. Zammit, T. Micallef
Referees: Ronnie Spiteri, Mario Dalli
Sliema fil-finali b’rebħa konvinċenti
SLIEMA FRANK SALT……12
SIRENS GREENTUBE………5
(5-2), (2-1), (2-0), (3-2)
Sliema Frank Salt se jikkontestaw il-finali tal-Enemed Cup wara li b’wirja konvinċenti għelbu lil Sirens Greentube 12-5. Qabel il-partita, kien mistenni konfront aktar missielet, iżda Sliema rnexxielhom jiksbu vantaġġ fl-ewwel sessjoni li baqgħu jikkonsolidawh. Sirens se jilagħbu l-logħba għat-tielet u r-raba’ post.
Zach Mizzi u Jerome Gabarretta fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls, sakemm Marc Grech naqqas id-distakk. Sliema wieġbu mill-ewwel b’żewġ gowls ta’ Nicholas Bugelli u Michael Spiteri Staines. Sirens reġgħu naqsu d-distakk minn John Bronwrigg, iżda fl-azzjoni sussegwenti Gabarretta għamilhom 5-2.
Sirens fallew penalty fil-bidu tat-tieni sessjoni, b’Marc Grech jiskorja t-tielet gowl ta’ Sirens lejn nofs is-sessjoni. Gabarretta skorja t-tielet gowl personali, b’David Fenech idaħħal lil Sliema 7-3 minn fuq wara azzjoni ta’ man-up.
It-tim ta’ Sergio Afric għalaq il-logħba fit-tielet sessjoni. Gabarretta għamilhom 8-3 u Nicholas Bugelli kabbar id-distakk għal sitt gowls fit-tieni parti tas-sessjoni. Sirens kellhom iċ-ċans jerġgħu jidħlu fil-logħba, iżda fallew penalty ieħor u tilfu tliet okkażjonijiet ta’ raġel aktar.
Is-Slimiżi komplew ikabbru fl-aħħar sessjoni b’żewġ gowls minn Fenech u Gabarretta fi spazju ta’ minuta. Marc Grech wieġeb 14-il sekonda wara, b’Mark Carani jagħmel l-iskor finali ta’ 12-5 b’żewġ minuti għat-tmiem.
Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (5), D. Fenech (1), M. Carani (1), M. Meli, M. Spiteri Staines (1), J. Saliba, M. Cordina, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (2), M. Vassallo
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, E. Aquilina, J. Sciberras, M. Grech (3), A. Camenzuli, C. Mercieca, M. Sciberras, J. Brownrigg (2), C. Zammit, G. Sammut, J. Ciantar, L. Falzon
Referees: Stefan Licari, Peter Balzan
//= $special ?>