Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel anniversarju ta’ Donald Trump bħala President kienu mtapna minn shutdown tal-Gvern. Dan wara li ntilef vot fis-Senat dwar il-finanzjament tal-Gvern. Dan se jibqa’ fis-seħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn id-Demokratiċ1i u r-Repubblikani. Iż-żewġ naħat qed jagħtu t-tort lil xulxin għal din is-sitwazzjoni. Bħala konsegwenza ta’ dan, ħafna ħaddiema taċ-ċivil Amerikan se tjintbagħtu d-dar bla paga bl-eċċezzjoni tas-servizzi essenzjali u l-White House u Pentagon. L-aħħar darba li kien hemm każ simili kien fl-2013. Iżda din hi l-ewwel darba li kien hemm shutdown tal-Gvern meta l-istess partit jikkontrolla l-Kungress u l-White House.
//= $special ?>Shutdown tal-Gvern Amerikan
20 ta' Jannar 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

