Kien ikkomunikat lill-kuntratturi li għalissa ma kinux se jirċievu pagamenti għax-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ siti minħabba problema kbira ta’ finanzi. “M’hemmx flus,” kienet it-tweġiba lill-kuntratturi meta dawn bdew jitolbu l-ħlasijiet. Hekk irrapurtat dalgħdu il-gazzetta il-mument hekk kif ġuie żvelat ukoll li l-kuntratturi li kienu qegħdin jaħdmu fis-sit fejn hemm l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech iddeċidew li jieqfu mix-xogħlijiet.
Sorsi li tkellmu ma’ il-mument qalu li l-kuntratturi telqu bil-ħaddiema b’kollox. “Għexieren ta’ ħaddiema impjegati ma’ numru ta’ kuntratturi ntalbu minn min iħaddimhom biex ma jibqgħux jirrapportaw għax-xogħol fis-sit tal-isptarijiet San Luqa u Karin Grech.”
Din il-gazzetta kellha informazzjoni li dan l-iżvilupp seħħ wara li kien ikkomunikat lill-kuntratturi li għalissa ma kinux se jirċievu pagamenti għax-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ siti minħabba problema kbira ta’ finanzi. “M’hemmx flus,” kienet it-tweġiba lill-kuntratturi meta dawn bdew jitolbu l-ħlasijiet. Jirriżulta li l-kuntratturi diġà ħarġu eluf ta’ ewro biex ikopru l-ispejjeż marbuta mal-materjal kif ukoll il-pagi tal-ħaddiema.
Fl-aħħar jiem kien irrapportat li l-Vitals Global Healthcare ddeċidiet li tmexxi ‘l quddiem il-bejgħ tal-konċessjoni mogħtija mill-Gvern għat-tliet sptarijiet u tal-Barts Medical School wara esperjenzat diffikutajiet finanzjarji kbar, minkejja l-assigurazzjonijiet li kienu qegħdin jingħataw mis-sidien li fondi hemm biżżejjed.
F’Ġunju tal-2016, id-Direttur tal-Vitals Global Healthcare Ram Tumuluri li kien akkumpanjat mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien iddikjara li fis-sentejn li kien imiss il-VGH kienet se tinvesti €220 miljun.
Hu kien qal li l-Isptar San Luqa kien se jiftaħ parzjalment f’Settembru tal-2017 fejn kellhom jibdew jintużaw tliet swali tal-operazzjonijiet u madwar 50 sodda li kellhom ikunu lesti biex jilqgħu l-pazjenti. Fl-istess xahar kellu wkoll ikun lest ix-xogħol fl-Isptar Karin Grech. Il-proġett kollu kien skedat li jitlesta fi żmien 24 xahar u l-isptarijiet il-ġodda kellhom jiġu inawgurati f’Ġunju ta’ din is-sena.
//= $special ?>