Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wettqu sejba ta’ 32,000 sigarett tal-kuntrabandu.
Dan wara li passiġġier mill-Moldova nqabad iġorr is-sigaretti, mal-wasla tiegħu f’Malta minn Moska, hekk kif għadda il-bagalji li kienu fihom is-sigaretti mill-magna tal-X-RAY.
Filwaqt li l-barrani saħaq li s-sigaretti ma kinux destinati li jitqassmu f’Malta iżda fi Spanja, hekk kif infatti kien ser isiefer lejn Spanja ftit tas-sigħat wara, huwa nżamm taħt arrest.
Intant, ir-raġel mill-Moldova tressaq il-Qorti l-Ħadd waranofsinhar minn uffiċċjali tal-pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi. ż
Filwaqt li ġie akkużat ukoll b’evażjoni ta’ madwar €17,000 f’dazju, huwa nżamm taħt arrest preventiv.

//= $special ?>


