Lokali

BIR-RITRATTI: Il-Kap tal-PN Adrian Delia iżur il-festa taċ-Ċitru f’Ħal Lija

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista  żar Festival taċ-Ċitru, organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija fiċ-Ċentru Pastorali Madonna tal-Mirakli.

Bħala parti minn din l-attività, fil-post intramaw diversi stands ta’ ikel lokali u internazzjonali, xorb, frott, ħelu imma wkoll artiġjanat fosthom xogħol fuq il-ħġieġ, fl-injam u wkoll xogħol tal-bizzilla. Dan minbarra divertiment għat-tfal kif ukoll varjetà ta’ mużika.

Ftit passi bogħod, fil-mitħna ta’ Ħal Lija, numru ta’ artisti lokali kellhom l-opportunità li jesponu x-xogħol artistiku tagħhom.

Dan hekk kif din il-mitħna storika serviet ta’ pjattaforma fejn l-artisti esebew pitturi differenti, b’temi u stili ta’ tpinġija li jvarjaw.