Filmat li ttella’ fl-aħħar sigħat qed iqajjem rabja fuq il-midja soċjali hekk kif anzjan jidher ibattal borża taż-żibel quddiem sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ fi Triq Fleur de Lys, f’Birkirkara, meta r-raġel jidher jitfa’ l-iskart fuq bankina. Dan bil-konsegwenza li sa ftit ħin wara, l-iskart kien ixxerred mat-triq kollha.
Mhux magħruf x’wassal għall-azzjonijiet tar-raġel, li madankollu jidher qed jitwi l-borża taż-żibel aktarx biex ikun jista’ jerġa’ jużaha … xi ħaġa li tindika li din mhux l-ewwel darba li seħħet.
//= $special ?>