Il-plejer versatili ta’ Bayern Munich Joshua Kimmich ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tal-Ġermanja għas-sena 2017. Kimmich, li għad għandu 22 sena kellu sena mill-aqwa hekk kif mhux biss kiseb post regolari fit-tim ta’ Bayern imma anke għen lil pajjiżu jirbaħ it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Grazzi għall-wirjiet tiegħu Kimmich qed jimla tajjeb il-vojt li ħalla d-difensur u ekscaptain tal-Ġermanja Philipp Lahm li rtira fi tmiem l-istaġun li għadda.
Kienu l-partitarji stess li vvutaw u Kimmich irċieva aktar minn 20 elf vot. Mal-Ġermanja hu tilef biss logħba waħda minn 15 matul is-sena li għaddiet.
Fit-tieni post f’din il-votazzjoni spiċċa Julian Draxler, plejer ta’ PSG li matul is-sajf li għadda kien il-captain tat-tim Ġermaniż li rebaħ it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Fit-tielet post spiċċa l-gowlkiper ta’ Barcelona Marc-Andre ter Stegen.
Ta’ min jinnota li r-rebbieħ tal-edizzjoni tal-2016, Mesut Ozil lanqas kien fost il-finalisti għat ma tantx kellu sena pożittiva fl-2017.
//= $special ?>