Barrani jista jgħoddha b’waħda wara li ħelisha ħafif hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.
Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa, meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li kellu mpatt ma’ ċint.
Fuq il-post ssejħu uffiċjali tal-Pulizija sakemm iddevjaw it-traffiku, u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex nadfu t-triq hekk kif inxtered xi żejt.
Fortunatament is-sewwieq ma’ ġarrab l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>

