Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara serqa minn appartament f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 33 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq mal-€2,000 flus kontanti, kif ukoll ammont ta’ ġojjellerija minn appartament f’Raħal Ġdid.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, semgħet kif ir-raġel nqabad mill-kameras tas-sigurtà dieħel u ħiereġ mill-binja ta’ fejn seħħet is-serqa.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza preċedenti u li huwa riċediv.

Filwaqt li ċaħad kull akkuża miġjuba kontrih, il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża, sabiex ir-raġel jinzamm fis-Sala Forensika tal-Isptar Monte Karmeli, sabiex jingħata attenzjoni medika.