Lokali

L-Unions jirreaġixxu dwar il-ftehim tal-Gvern mal-Vitals

Minn naħa tal-MUMN, is-Segretarju Ġenerali Colin Galea semma’ kif għandhom membri inkwetati dwar il-futur tagħhom hekk kif qed ikunu żvelati dettalji li ma kinux jafu bihom u li kieku għall-gvern inżammu moħbija.

Mary Ann Sant Fournier il-President tal-Kamra tal-Ispiżjara appellat lill-gvern biex dan il-ftehim ikun wieħed trasparenti.

Dettall ieħor li nżamm mistur hu li l-gvern tal-ġurnata se jkollu 24 xahar ċans qabel tispiċċa l-konċessjoni ta’ 30 sena biex javża lill-VGH li se jieħu l-isptarijiet lura. Fin-nuqqas ta’ dan il-VGH awtomatikament tibqa’ bit-tmexxija tat-3 sptarijiet għal 69 sena. Dan kollu ġie miftijhem mill-Ministru Konrad Mizzi meta dak iż-żmien kien għadu Ministru tas-Saħħa.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija- l-MAM, il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel – l-MUMN, u l-Kamra Maltija tal-Ispiżjara spjegaw it-tħassib tagħhom dwar il-ftehim li l-gvern għamel mal-Vitals Global Healthcare u li hafna minnu nzamm mistur mill-gvern u li dettalji mportanti kienu zvelati mill-mezzi tax-xandir ricentament.

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat rabat lill-poplu jħallas €80 miljun lill-Vitals Global Healthcare, il-VGH biex il-poplu jieħu lura f’idejh it-tmexxija tat-tlett sptarijiet li huma l-isptar ġenerali ta’ Għawdex, l-isptar Karin Grech u l-isptar San Luqa. Biex issa mill-VGH għaddew għand kumpanija ohra, Steward Healthcare.

Waqt dibattitu dwar Vitals fil-Parlament, il-Kap tal-Oppozzizzjoni Adrian Delia sostna li issa qed jidher aktar minn qatt qabel li l-ftehim mal-Vitals kien intiż biex ifalli.