Kontra kull aspettativa għal eluf ta’ segwaċi tal-band lokali Red Electrick, il-frontman u kantant Matthew James Borg ħabbar fuq il-midja soċjali li ser ikun qed jieħu pass lura u jitlaq lill-grupp mużikali għal proġetti oħra.
Filwaqt li awgura lil sħabu kull suċċess, huwa żvela li l-kantant li ser ikun qed jieħu postu huwa ħadd ħlief Joe Roscoe, il-kantant lokali magħruf għal fost oħrajn il-kanzunetta Passenger Seat.
Mill-ewwel indikazzjonijiet Matthew James Borg ser ikompli fil-miġja mużikali tiegħu, jiġifieri żgur li dan mhux l-aħħar li rajna mingħand Matthew.
Red Electrick spiċċaw fil-quċċata wara t-tnedija tal-album mużikali ‘Vine Lady’ – b’kanzunetti fost oħrajn Pick up The Phone, u Who The Heck is Rek? – lura fl-2011.
Ta’ min isemmi wkoll li l-grupp b’maġġoranza ex-studenti mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, bdew għall-ħabta tal-2008 bil-band Drive.
//= $special ?>