Lokali Mużika

Colin Fitz se jippreżenta l-Malta Eurovision ta’ din is-sena

Is-serata finali tal-Malta Eurovision Song Contest  se tkun ippreżentata minn Colin Fitz.  Dan tħabbar dalgħodu waqt il-programm Carlo’s Breakfast Cafe’ li jixxandar fuq ‘Magic Malta’.

Il-Malta Eurovision ta’ din is-sena se jsir nhar is-Sibt 3 ta’ Frar.

Colin Fitz ilu fix-xena tal-mużika għal  diversi snin u popolari għall-komiċita’ tiegħu.

Isma’ l-kanzunetti tal-Malta Eurovision f’dan il-link.