Illum ittellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tal-FA Trophy. Fuq il-karta l-iktar polza attraenti hi l-l-partita bejn Hibernians u Sliema Wanderers. Bejniethom dawn rebħu t-Trophy 31 darba, bi Sliema jirbħu t-tazza 21 darba.
Partita oħra interessanti hi d-derby bejn il-liders tal-Kampjonat BOV Premier, Balzan u Lija.
Fuq il-karta Birkirkara m’għandhomx ifallu meta jilagħbu kontra Qrendi filwaqt li l-istess jista’ jingħid għal Valletta li jilagħbu kontra Żejtun.
Il-partiti jintlagħbu s-Sibt u l-Ħadd 17 u 18 ta’ Frar u s-semifinali huma skedati għal wara tmiem il-kampjonat bil-finali tkun fil-5 ta’ Mejju.
64 tim mil-livelli kollha tal-futbol f’Malta u Għawdex ipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fir-raba’ rawnds s’issa ntlagħbu 56 partita li 11 minnhom kellhom bżonn il-ħin barrani u tlieta marru għall-penalties. B’kollox ġew skurjati 224 gowl.
Il-polza
Hibs vs Sliema
Qrendi vs Birkirkara
Valletta vs Żejtun
Lija vs Balzan