Il-Papa Franġisku talab apoloġija għal rimarki li għamel jiem ilu fiċ-Ċile u fejn kien iddefenda isqof li hu akkużat b’li pprova jaħbi l-abbuż sesswali.
Il-Kap tal-Kattoliċi qal li jirrealizza li kliemu ‘weġġa lil ħafna’ iżda rrepeta t-twemmin li l-Isqof Ċilen, Juan Barros, hu innoċenti. Il-Papa tenna dawn il-kliem lill-ġurnalisti li kienu miegħu fuq l-ajruplan li kien qed iwasslu lura Ruma wara ġimgħa ta’ żjarat fiċ-Ċile u l-Peru.
Nhar il-Ħamis, il-Papa qal li l-vittmi tal-abbuż li akkużaw lill-Isqof Barros ‘kienu qegħdin iwettqu malafama’. Issa, hu qed jitlob skuża ‘talli weġġa lil dawn il-vittmi mingħajr ma kien jaf’.
//= $special ?>

