Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Ħamrun

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 51 sena residenti l-Msida, kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura. Il-kaz seħħ għall-ħabta 1730hrs fi Triq Lunzjata, fil-Ħamrun meta għal xi raġuni l-vittma sfat milquta minn vettura tat-tip Suzuki Alto li kienet qegħda tinstaq minn mara ta’ 19-il sena li toqgħod Pembroke.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.