Anzjan ta’ 70 sena mill-Ħamurn ittieħed l-isptar wara inċident li seħħ għal ħabta tal-10.45 am fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra Furjaniżi, li twaslek lejn Triq L-Għassara tal-Għeneb. L-anzjan kien qed isuq vann meta seħħ impatt ma’ bowser tal-ilma, misjuq minn raġel ta’ madwar 33 sena minn Ħaż-Żabbar.
Kawża tal-inċident l-anzjan ġarrab ġrieħi gravi.
L-ewwel ma taw l-għajnuna tagħhom kienu żewġ kuntistabbli tal-Pulizija li dak il-ħin kienu stazzjonati fit-Taqsima tal-Immigrazzjoni fis-Seaport. Kif semgħu l-ħoss ta’ tifrik, ħarġu jaraw x’ġara u sabu anzjan maqbud minn saqajh fil-vann. Il-Pulizija daħlu fil-vann u ġibdu l-bieba u l-windscreen ‘il barra sabiex l-anzjan jinħareġ minn taħt id-dash-board.
Ftit wara waslu fuq il-post il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li komplew jassistu lill-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadet lill-anzjan l-isptar. Is-sewwieq tal-bowser ingħata l-kura għax-xokk li sofra.
Għal xi ħin it-tirq ingħalqet għat-traffiku.
Ritratti: Martin Agius