L-istudenti fl-MCAST organizzaw protesta paċifika wara li l-edukaturi tagħhom ħabbru diversi direttivi li fost l-oħrajn jinkludu strajk ta’ sagħtejn bejn l-10am u 12pm kemm il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Il-kwistjoni qed toħloq ħafna pressjoni fuq l-istudenti hekk kif dan kollu qed iseħħ biss ġimgħatejn qabel l-eżamijiet.
netnews.com.mt tkellem ma’ żewġ rappreżentanti ta’ għaqdiet studenteski, li huma l-President tal-Kunsill tal-Istudenti fl-MCAST, Ahmed Lamlum u Gabriel Mifsud f’isem l-għaqda Pulse li minn naħa tagħhom qalu li huma bħala studenti m’humiex jidħlu fil-kwistjoni bejn il-Union u t-tmexxija tal-MCAST imma ma jridux li minħabba dizgwid bejniethom jispiċċaw vittma huma.
Tkellimna wkoll ma’ żewġ studenti li qed isewgu kors fl-MCAST; Samuel Ebejer u Sarah Vella li bħall-kumpalment tal-isudenti jinsabu ddiżappuntati bis-sitwazzjoni aktar u aktar meta jinsabu biss ġimgħatejn bogħod mill-eżamijiet u għad m’għandhomx time-table tal-eżamijiet u dan meta fi żmien ġimgħatejn se jpoġġu għall-ewwel eżami u għadhom ma jafux liema se jkun l-ewwel wieħed.
Minn naħa tagħha l-Union tal-Għalliema, l-MUT qalet li ordnat l-azzjonijiet wara li, minkejja diversi laqgħat intensivi bejn l-MUT, it-tmexxija tal-MCAST u s-Sezzjoni tar-Relazzjonijiet Industrijali, m’hemmx rieda biex jintlaħaq ftehim ħalli l-Edukaturi jingħataw dak li hu tagħhom.
Anke l-għaqda studenteska SDM esprimiet id-diżappunt tagħha lejn iż-zewġ partijiet involuti “fuq it-trattament tal-istudenti tal-MCAST li qegħdin jintużaw bħala għodda għan-negozjati.