Raġel ittieħed l-isptar wara argument li nqala’ bejn diversi persuni quddiem ħanut tax-xorb fil-Marsa.
L-inċident seħħ ftit qabel nofsinhar fi Triq Aldo Moro bir-raġel isofri ġrieħi serji f’wiċċu.
Fuq il-Post waslu Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.
//= $special ?>