Rumen ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Vincenza Bugeja il-Floriana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa meta għal xi raġuni li mhux magħrufa ir-raġel li jgġix il-Mellieħa waqa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>

