Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena minn Marsaskala kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18.15hrs fi Triq San Filippu f’Birżebbuġa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Piaggio Dna misjuq mill-vittma u Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 64 sena minn Birżebbuġa.
Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn, aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>