– Il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius appella lill-Gvern biex fil-Liġi dwar Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika jkun hemm il-protezzjoni meħtieġa għat-tarbija fil-ġuf.
Fid-dibattitu parlamentari dwar din il-liġi David Agius qal li jsiru kemm isiru konvenzjonijiet, l-aktar importanti hu li ssir kampanja kontinwa ta’ ħarsien, edukzzjoni u prevenzjoni. Għalhekk il-parlament għandu jivvota iktar finanzi f’dan ir-rigward.
Hu semma l-abort sfurzat u qal li din il-liġi ma tbiddilx il-liġi eżistenti dwar dan l-aspett importanti. Il-Prim Ministru diġà iċċara li lanqas għandu l-mandat politiku jew l-appoġġ tal-opinjoni pubblika biex jibda dibattitu dwar l-abort.
Hu tkellem dwar id-definizzjoni ta’ familja jew unità domestika u qal li t-trabi fil-ġuf għandhom ikunu protetti mill-vjolenza domestika. Fil-liġi, dan l-aspett tħalla barra. Il-qtil ta’ tarbija fil-ġuħ hu reat kriminali u għalhekk li-liġi għandha tistabilixxi li kemm il-mara kif ukoll it-tarbija fil-ġuf jistħoqqilhom protezzjoni.
David Agius tkellem dwar i-rwol tal-ġenituri fil-kuntest tad-drittijiet umani u d-dritt ta’ edukazzjoni li huma jridu jagħtu lit-tfal tagħhom. Hu semma l-piena ta’ stupru, li issa se titla’ għal sitta sa 12-il sena. Din hi emenda tajba u pożitiva u għandha tiżdied klawsola fejn titħalla l-awtorità tal-ġenitur li jkun wettaq stupru titħallielu l-awtorità ta’ ġenitur.
//= $special ?>