Lokali

Tifla ta’ 7 snin tinstab mejta f’Ħaż-Żabbar

Fi stqarrija ftit tal-minuti ilu li ħareġ il-Gvern tħabbar li matul il-lejl tal-Ħadd instabet mejta tifla ta’ 7 snin.

It-tifla, li hi Nigerjana, kienet tghix fir-residenza tad-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar flimkien mal-ġenituri tagħha u ż-żewġ hutha. Il-kawża attwali tal-mewt għad trid tiġi stabbilita.

Dwar dan l-inċident qed issir inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia.

L-Aġenzija Appoġġ qiegħda ssegwi mill-qrib dan il-każ fl-aqwa interess tal-familja.