Diversi membri mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll skwadra ta’ kontra l-irvellijiet issejħu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi hekk kif ftit wara 6pm żviluppa argument bejn il-persuni miżmuma f’dan iċ-ċentru. Madanakollu hekk kif is-sitwazzjoni dehret li bħal donnha kkalmat, għall-ħabta tas-7.50pm reġa’ qam l-allarm.
Filwaqt li fuq il-post hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija, mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li kollox kellu bidu wara nuqqas ta’ qbil bejn ir-residenti ta’ dan iċ-ċentru li s’issa mhux magħruf x’kienet l-oriġini ta’ dan id-diżgwit li eskala.