Kif kien mistenni, Man Utd ħabbru li akkwistaw lill-attakkant Alexis Sanchez mingħand Arsenal li minn naħa tagħhom akkwistaw lill-midfielder Henrikh Mkhitaryan mingħand l-istess Red Devils.
It-timijiet mhux se jħallsu xejn għal dawn il-plejers u dan hu tpartit bejn dawn iż-żewġ plejers.
Sanchez iffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs. Hu kien ingħaqad ma’ Arsenal wara li ntemmet it-Tazza tad-Dinja tal-2014 filwaqt li Mkhitaryan kien iffirma ma’ Man Utd fis-sajf tal-2016.
Mkhitaryan naqas milli jimpressjona ma’ Man Utd filwaqt li Sanchez kien wieħed mill-aktar pedini importanti tal-Gunners.
De Bruyne jġedded il-kuntratt ma’ Man City
Kevin de Bruyne ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City u issa hu marbut mas-Citizens sal-2023.
Il-kuntratt preċedenti tal-plejer Belġjan kien se jiskadi fl-2021 imma Man City riedu li jagħtu kuntratt lil wieħed mill-aktar plejers importanti tagħhom.
Dan l-istaġun Kevin de Bruyne skurja sitt gowls u prova 10 assists. Hu kien ingħaqad ma’ CIty fl-2015 meta dakinhar ħalla lil Wolfsburg.
//= $special ?>