Internazzjonali

Weah jieħu l-ġurament bħala President tal-Liberja

L-eks plejer tal-futbol George Weah ħa l-ġurament bħala President ġdid tal-Liberja fl-ewwel tranżizzjoni bejn Mexxejja eletti bil-mezzi demokratiċi f’dan il-pajjiż mill-1944.

Weah, li kien jilgħab fost oħrajn ma’ Monaco, Paris St Germain u Milan, kellem lill-folol preżenti għall-inawgurazzjoni tiegħu f’Monrovja fejn irringrazzja lill-President ta’ qablu, Ellen Johnson Sirleaf talli ġabet il-paċi fil-pajjiż wara snin ta’ gwerra ċivili.