F’dawn il-jiem wasal Malta l-istilla ta’ Hollywood Antonio Banderas biex ikompli l-produzzjoni tas-serje televiżiva “Genius: Picasso”.
L-aħbar kienet żvelata dalgħodu mill-ġurnal In-Nazzjon, fejn qed jiġu kkwotati diversi sorsi li jispjegaw kif l-attur Spanjol ta’ 57 sena se jkun qed iqatta’ dawn il-jiem f’waħda mill-’boutique hotels’ li hemm in-naħa tal-Port il-Kbir, fil-Belt.
Is-serje l-ġdida “Genius” se tibda tixxandar fl-24 ta’ April li ġej fuq in-network tan-National Geographic u se tiffoka fuq il-ħajja mqallba tal-pittur ċelebri Spanjol Pablo Picasso.
Din se tkun l-ewwel darba li Banderas qed iżur pajjiżna, hekk kif mistenni jasal Malta direttament minn Spanja. S’issa mhux magħruf eżatt il-postijiet fejn se jinġibdu x-xeni tas-sensiela, waqt li Banderas se jkun f’pajjiżna.
Bħal Pablo Picasso, anke Antonio Banderas twieled f’Malaga, bil-Producers tan-National Geographic jemmnu li Banderas kien l-għażla naturali biex jinterpreta l-karattru tas-serje “Genius”.
//= $special ?>